Ftit tal-minuti ilu beda l-għadda tal-voti fin-Naxxar. Dan il-proċess mistenni li jieħu ftit ħin mhux ħażin, għalkemm is-sistemi l-ġodda ta’ kif jingħaddu l-voti, dan il-proċess se jitħaffef.
Beda wkoll ix-xogħol tal-uffiċjali tal-partit hekk kif jibdew jieħdu kampjuni ta’ 50 vot minn kull kaxxa biex ikunu jistgħu jipporġettaw min rebaħ din l-elezzjoni ġenerali.
Aktar tard, imbagħad inkunu qegħdin nistennew lil Robert Abela jew lil Alex Borg li jħabbru rebħa u b’kemm ikun id-distakk.

