Wednesday, March 27, 2024

Ifiqu aktar mill-każi ġodda reġistrati

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi naqsu bi ftit għal 14,962.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 786 każ ġdid filwaqt li 888 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. Dan ifisser li għall-ewwel darba sa mid-9 ta’ Diċembru li għadda l-każi ta’ fejqan qabżu l-każi ġodda reġistrati fl-istess jum.

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 123, b’sebgħa minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet issa huwa ta’ 485 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietet anzjana ta’ 86 sena waqt li kienet pożittiva għall-virus.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,114,588 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 261,838 li huma dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport