Il-Prim Ministru Robert Abela għadu kemm ħabbar li l-Partit Laburista kien rebaħ ir-raba’ elezzjoni ġenerali. Jgħid li l-Partit Laburista minkejja li hija r-raba’ elezzjoni konsekuttiva ngħata mandatt b’saħħtu.
Il-Prim Ministru Abela qal li din hija r-rebħa tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Hu ħeġġeġ lill-partitarji kollha biex kulħadd jiċċelebbra bi prudenza.

