F’kummenti ma’ One News, id-Deputat Prim Ministru Ian Borg qal li dak li seħħ illum iġib emozzjonijiet kbar hek kif għall-ewwel darba fl-istorja politika ta’ pajjiżna, partit politiku rebaħ ir-raba’ elezzjoni konsekuttiva.
Dr Borg stqarr li kulħadd għandu jżomm saqajh mal-art. “Għadna manifest ambuzzjuż u l-poplu jaf li dak li nwettqu nwettquh. Issa l-ħidma tagħna hija li flimkien mal-Prim Ministru nżommu l-kelma tagħna mal-poplu Malti u Għawdxi,” stqarr id-Deputat Prim Ministru Ian Borg.
Tenna li f’din l-elezzjoni l-kredibbilità kienet fattur ewlieni hekk kif il-poplu jaf li Gvern Laburista ħadem u “rnexxielu jkompli jkabbar l-ekonomija ta’ pajjiżna minkejja kull kriżi internazzjonali li ffaċjajna.”

