Sunday, May 31, 2026

Il-GWU tifraħ lill-Partit Laburista għar-rebħa elettorali

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union (GWU) tifraħ lill-Partit Laburista għar-rebħa miksuba fl-elezzjoni u tawguralu kull suċċess fil-ħidma tiegħu fis-snin li ġejjin.

Il-GWU temmen li r-riżultat elettorali huwa espressjoni demokratika ċara tar-rieda tal-poplu u tħares ’il quddiem biex minn nhar it-Tnejn tkompli taħdem favur il-pajjiż, il-ħaddiema u l-familji Maltin u Għawdxin.

L-Unjin tenniet li se tibqa’ sieħba attiva fid-djalogu soċjali, b’impenn kontinwu favur xogħol deċenti, pagi aħjar, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u politika soċjali li tkompli ssaħħaħ il-kwalità tal-ħajja tal-poplu.

Il-GWU saħqet li l-prijorità tagħha tibqa’ dejjem il-ħarsien tal-interessi tal-ħaddiema u l-familji tagħhom, filwaqt li tkompli tagħti l-kontribut tagħha għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.

Fl-istess waqt, il-GWU tesprimi r-rieda tagħha li tkompli taħdem mal-Gvern u mal-imsieħba soċjali kollha sabiex Malta tkompli timxi ’l quddiem b’mod sostenibbli, inklużiv u b’benefiċċju għal kulħadd.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport