Saturday, December 21, 2024

Frontliners fl-Ingilterra jwaddbu ħwejjiġhom lill-Pulizija… jistennew tkeċċija jekk ma jitlaqqmux

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Eluf ta’ ħaddiema tas-Servizzi Nazzjonali tas-Saħħa (NHS) fl-Ingilterra u dawk kontra l-vaċċin pprotestaw kontra l-obbligu tat-teħid tal-vaċċin.

Ħaddiema fil-qasam tas-saħħa dehru jwabbdu l-ilbies tax-xogħol tagħhom lill-pulizija f’Londra filwaqt li l-folla semmgħet leħinha wkoll.

Fost dawk preżenti kien innutat Pierre Corbyn li huwa magħruf sew għall-preżenza tiegħu f’dawn id-dimostrazzjonijiet.

Sadanitant, dimostranti f’Manchester, Birningham u Leeds dehru jġorru kartelluni bil-kliem ‘Heros to zeros’.

Is-sitwazzjoni fl-Isptarijiet mistennija tara nuqqas ta’ ħaddiema fil-ġimgħat li ġejjin u dan hekk kif aktar minn 80,000 ħaddiem għadhom mhumiex imlaqqmin.

Minkejja dan, teżisti l-possibbiltà li quddiem din il-kriżi, il-Prim Ministru Boris Johnson ikollu jieħu deċiżjoni li jagħmel eċċezzjoni għal dawn il-ħaddiema tal-NHS.

Skont is-sitwazzjoni preżenti fl-Ingilterra, il-frontliners kollha jeħtieġ li jkunu mlaqqmin kompletament kontra l-virus sal-1 ta’ April. Dan ifisser li sat-3 t’April trid tkun ttieħdet l-ewwel doża.

Mill-għada, dawk il-ħaddiema li jibqgħu jwebbsu rashom se jkunu qegħdin jingħataw in-notice li jintemm fil-31 ta’ Marzu. 

Ekonomija

Sport