Sunday, December 22, 2024

F’sena u nofs pajjiżna ra żieda ta’ madwar 12,000 ħaddiem barrani

Aqra wkoll

L-għadd ta’ ħaddiema barranin f’Malta qed jiżdied minn sena għall-oħra, riflessjoni tat-tkbbir ekonomiku mgħaġġel u b’saħħtu li għaddej minnu pajjiżna fejn ix-xogħol qed jiġri wara l-ħaddiema u mhux bil-kontra. Dan jixhed ukoll l-investiment qawwi li qed isir li mhux jinstabu ħaddiema Maltin biżżejjed għalih.

Għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, il-Ministru tal-Finanzi u Xogħol Clyde Caruana ta rendikont sħiħ tal-għadd ta’ ħaddiema barranin u s-settur li qed jaħdmu fih skont kif reġistrati mal-Jobsplus. L-istatistika turi li filwaqt li f’Diċembru 2020 kien hawn 38,610 ħaddiema barranin, sa Ġunju 2022 dawn żdiedu għal 50,591.

Is-settur amministrattiv u attivitajiet ta’ appoġġ għas-servizzi huwa l-iktar li qed jassorbi ħaddiema barranin b’total ta’ 7,681 filwaqt li l-industrija tal-akkomodazzjoni qed timpjega 7,267 ħaddiema li mhumiex Maltin. Fl-istess klassifika hemm ukoll il-qasam tal-kostruzzjoni li fih, 7144 huma ħadddiema minn pajjiżi terzi.

Is-setturi tax-xogħol li fihom jinstabu dawn il-ħaddiema barranin huma diversi u jvarjaw mill-agirkultura, it-trasport u l-manifattura għall-edukazzjoni, is-saħħa, l-qasam soċjali u s-servizzi finanzjarji. Hemm ukoll ħaddiema involuti fil-qasam tal-arti, divertiment u rikreazzjoni.

Ekonomija

Sport