Estmi turistiċi għax-xahar ta’ Settembru 2022 juru li żaru Malta 246,066 turisti li bejniethom qattgħu total ta’ 1,973,636 iljieli f’pajjiżna. Mit-total kollu, 223,714 turist ġew Malta għal btala, filwaqt li 14,666 ġew għal skopijiet ta’ negozju.
L-akbar għadd ta’ turisti, 38.9 fil-mija, kienu fl-eta’ bejn il-25 u l-44 sena segwiti minn dawk fl-età ta’ 45-64. Turisti Taljani, Franċiżi u Ġermaniżi magħduda flimkien kienu ammontaw għal 34.7 fil-mija tat-turisti totali.
82% tal-iljieli li t-turisti damu Malta kienu fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni mikrija. Dawn damu medja ta’ tmint ijiem f’pajjiżna. In-nefqa totali tat-turisti qabżet l-€253.4 miljun, ekwivalenti għal nefqa medja stmata ta’ €128.4 għal kull lejl.
B’kollox, fl-ewwel disa xhur ta’ din is-sena ġew Malta mhux inqas minn 1,720,432 turist, filwaqt li l-iljieli totali li qattgħu qabżu t-12.7 miljun fejn in-nefqa totali kienet stmata tilħaq €1.5 biljun.