Sunday, December 22, 2024

F’Settembru ġew reġistrati 1,017 kuntratti relatati ma’ bejgħ ta’ propjetà

Aqra wkoll

Matul ix-xahar ta’ Settembru li għadda ġew irreġistrati 1,017 kuntratti relatati ma’ xiri u bejgħ ta’ proprjeta’ residenzjali. Dan l-ammont juri żieda ta’ 4.4% fuq l-istess xahar tas-sena l-oħra 

B’kollox dawn il-kuntratti ammontaw għal €252.2 miljuni, żieda ta’ 33.6% fi trasferimenti ta’ flus fuq l-istess perijodu ta’ Settembru 2020.

Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika – NSO, juru li 92.8% tal-kuntratti kienu jinvolvu xiri ta’ proprjetà minn xerrejja individwali li ammontaw għal total ta’ €177.8 miljuni’

Dawn l-ammonti ta’ kuntratti finali ta’ bejgħ huma sinjali li s-suq tal-propjetà f’pajjiżna qed ikompli jirpilja tant li ċ-ċifri għat-tielet kwart tas-sena 2021 juru żieda sinifikanti meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena 2020.

Fil-fatt bejn Lulju u Settembru ta’ din is-sena kienu reġistrati 3,564 kuntratti ta’ bejgħ ta’ propjetà li ammontaw b’kollox għal €788.8 miljuni.

Ekonomija

Sport