Sunday, December 22, 2024

FSG qed jitolbu £4 biljun għall-bejgħ tal-club ta’ Liverpool

Aqra wkoll

Is-sidien tal-club ta’ Liverpool iffissaw il-prezz ta’ £4 biljun hekk kif issa saru magħrufa t-tliet raġunijiet għaliex iridu jbiegħu lill-club 

Fenway Sports Group immexxija minn John Henry huma lesti li  jbiegħu wara li xtraw il-club għal £300 miljun fl-2010 u għamlu profitt sostanzjali mill-assi tagħhom bir-rebħ ta’ bosta trofej. 

Dan il-grupp Amerikan qabbad  lill-kumpaniji ta’ investiment  Goldman Sachs u Morgan Stanley biex iwettqu l-bejgħ tal-aktar club Ingliż li rebaħ unuri.  

Il-prospett ta’ qligħ kbir, il-kollass tal-proġett tas-Super League Ewropea – li fih Henry kien il-mexxej ewlieni – u s-sentiment li se jsir dejjem aktar diffiċli li tikkompeti finanzjarjament ma’ clubs appoġġjati mill-istat, bħal Manchester City u Newcastle United, kkonvinċew lis-sidien ta’ Liverpool li huwa l-waqt biex iwarrbu mit-tmexxija.

Jidher li din id-deċiżjoni ttieħdet minn Henry wara li l-kompatrijott tiegħu Todd Boehly ħallas £4.25 biljuni biex xtara lill-club ta’ Chelsea  u  s-suspett dejjem qed  jikber li l-FSG aċċettaw li ma jistgħux jikkompetu ma’ nies bħal Sheikh Mansour u, ‘il quddiem, mas-sidien Sawdi ta’ Newcastle.

Minkejja l-prezz enormi mitlub għas-sitt darbiet champions Ewropej, mistennija li jkun hemm kompetizzjoni ħarxa biex jitlesta l-akkwist mill-aktar fis possibbli.

Offerent bikri jista’ jkun RedBird Capital Partners, il-kumpanija mmexxija minn Gerry Cardinale, li xtara sehem ta’ 11% f’FSG għal £538 miljun is-sena li għaddiet.

Ekonomija

Sport