Saturday, November 30, 2024

F’Singapore: L-iżgħar tarbija tat-twelid tmur id-dar wara 13-il xahar l-isptar

Aqra wkoll

Tarbija tat-twelid, maħsuba li hija l-iżgħar fid-dinja, marret id-dar mal-familja tagħha wara li kienet ilha 13-il xahar fil-kura intensiva ġewwa sptar f’Singapore.Kwek Yu Xuan twieldet tiżen biss 212g, il-piż ta’ tuffieħa, u kienet twila 24cm.

Din iċ-ċkejkna twieldet ta’ ftit inqas minn 25 ġimgħa, li hija ‘l bogħod mill-medja ta’ 40.

Tifla mill-Istati Uniti li twieldet fl-2018, u li kienet tiżen 245g, kellha r-rekord preċedenti tal-iżgħar tarbija tat-twelid.

Omm Yu Xuan kellha twelled erba’ xhur qabel suppost wara li ġiet iddijanjostikata bi ‘pre-eclampsia’ li hija pressjoni għolja perikoluża li tista’ tagħmel ħsara lill-organi vitali u tista’ tkun fatali kemm għall-omm kif ukoll għat-tarbija.

Yu Xuan, li kienet ingħatat ċans limitat li tgħix, issa saret ħafna iktar b’saħħitha tant li tiżen 6.3kg.

It-tobba jgħidu li saħħitha u l-iżvilupp tagħha għamlu progress tajjeb taħt il-kura tagħhom tant li tista’ tiġi rilaxxata mill-isptar.

Yu Xuan għad għandha mard kroniku tal-pulmun u se jkollha bżonn l-għajnuna biex tieħu n-nifs. Madankollu, it-tobba qalu li l-kundizzjoni tagħha mistennija titjieb maż-żmien.

Sport