Sunday, November 24, 2024

“Ftaħt dari għal familja Ukrena… se nagħti ftit u nirċievi ħafna” – Bianca, mara Rumena

Aqra wkoll

Fil-kriżi umanitarja li għaddejja fl-Ukrajna b’eluf kbar ta’ ċittadini Ukreni jaħarbu lejn il-fruntieri kemm lejn il-Polonja u anke lejn ir-Rumanija, qed tispikka is-solidarjetà. Voluntieri li marru f’ċentri għar-refuġnjati u nies oħra minn pajjiżi qrib li fetħu djarhom għal istess refuġjati. Talk.mt, se tibda ġġib esperjenzi regolari ta’ persuni u Ukreni fil-ħarba tagħhom mill-Ukrajna u ta’ nies oħra li ħadu inizjattiva biex jgħinuhom. 

Bianca, hi waħda mill-eluf ta’ Rumeni li fetħu djarhom għal Ukreni. Fi kliemha stess, “iddeċidejt li niftaħ dari. Ġiet għandi Tatjana. Ukrena li għandha seba’ xhur tqala. It-tifel se ssemmih Aylin. Għandi xewqa li fil-futur niltaqa’ miegħu.  Ftaħt dari għall-Ukreni. Ridt li sakemm ikunu qegħdin hawn iħossuhom komdi. Tatyana għamlet ftit jiem għandna. Imbagħad wassalniha sal-ajruport. Ma nafx għal kemm il-darba irringrazzjatna ta’ dak li għamilna magħha. Il-parir tiegħi hu biex tiftħu djarkom għar-refuġjati. Tagħmlu ħbieb ġodda. Meta tagħmlu dan tirċievu ħafna aktar.  Iftħu djarkom għal dawk fil-bżonn. Tkun qed tagħti ftit u tirċievi ħafna”.

Sport