Tuesday, September 24, 2024

Ftehim bejn l-FIA u r-Red Bull dwar il-capping finanzjarju

Aqra wkoll

Jidher li se jintlaħaq ftehim bejn il-FIA u t-Team Red Bull wara li dawn tal-aħħar setgħu qabżu l-capping finanzjarju tas-sena 2021.

L-iskwadra Awstrijaka hi lesta li taċċetta xi sanzjonijiet mill-istess assoċjazzjoni minħabba li ma jixtiqux li jtawwlu l-kwistjoni apparti li jispiċċaw imorru l-Cost Cap Adjudication Panel fejn jirriskjaw li jsofru xi penali. 

Fl-istess waqt, ir-Red Bull qed jippruvaw jevitaw li jkun hemm xi deċiżjonijiet fuq il-mejda li jistgħu jtellfulhom il-kampjonat mirbuħ minn Max Verstappen.

Sport