Saturday, July 25, 2026
Home Sport Francesco Bagnaia jkollu prova fqira fil-Malasja

Francesco Bagnaia jkollu prova fqira fil-Malasja

0
656

Is-sewwieq Taljan Francesco Bagnaia ammetta li żbalja u li ma ħax l-affarijiet bis-serjeta’ waqt il-provi tal-Moto GP li saru fil-Malasja lbieraħ.

In-nuqqas ta’ Bagnaia xejn ma niżel tajjeb mad-diriġenti tal-klabb tiegħu hekk kif ma kklassifikax mal-ewwel għaxra.

Sadanittant f’Sepang matul il-ġurnata tal-bieraħ niżlet ħafna xita li għamlet l-affarijiet diffiċli għal kull sewwieq partikolarment l-istess Bagnaia.