Tuesday, September 24, 2024

Ftehim soċjali għat-tisħiħ ta’ servizzi li jintegraw lura fil-komunità lill-priġunieri

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal estenda ftehim soċjali illi kellu mal-Fondazzjoni Rise sabiex filwaqt li ikompli jingħata s-servizz lil priġunieri rġiel biex jintegraw lura fil-komunità, jibda jingħata servizz ġdid f’residenza li tilqa’ nisa priġunieri li jkunu qegħdin jiskontaw l-aħħar parti tas-sentenza tagħhom. L-ewwel residenza tat-tip tagħha f’pajjiżna, u li se sservi biex dawn in-nisa jintegraw lura fis-soċjetà.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon qal li l-finanzjament għaż-żewg ftehimiet huwa ta’ madwar miljun ewro, fuq medda ta’ tliet snin.

“Qegħdin naraw illi noffru servizz 24 siegħa kuljum, residenzjali u anke day community-based care sabiex jgħinu b’mod fiżiku, spiritwali, soċjo-legali, u minn aspetti psikologiċi lill-priġunieri,” stqarr il-ministru.

Min-naħa tiegħu, iċ-Chairperson tar-Rise Charles Mifsud, sostna li dan il-programm huwa offrut lil persuni bil-parole u li jkunu qed isegwu programm residenzjali. Dan billi fl-aħħar xhur tas-sentenza tagħhom, priġunieri li juru bidla pożittiva fl-imġieba tagħhom jingħataw ċ-ċans jintegraw fil-komunità, jaħdmu u ma’ jkunux ta’ piż fuq is-soċjetà iżda jikkontribwixxu wkoll.

Sport