Friday, October 4, 2024

L-intermittent fasting jirdoppja r-riskju ta’ mard tal-qalb

Aqra wkoll

Studju ġdid fl-Istati Uniti jgħid li t-tip ta’ dieta li tkun tinvolvi s-sawn, magħrufa l-aktar bħala “intermittent fasting”, tirdoppja r-riskju li l-persuna tmut bil-mard tal-qalb.

L-istess tip ta’ dieta normalment tinvolvi li l-persuna tiekol f’perjodu ta’ tmien sigħat u tagħmel sawm għal madwar 16-il siegħa. Madankollu, riċerkaturi li għamlu studju fuq 20,000 adult fl-Istati Uniti, qegħdin isostnu li din it-tip ta’ dieta mhix għażla tajba fit-tul.

Skont studju ppubblikat fl-American Heart Association Journal, irriżulta li dawk li jillimitaw l-ikel tagħhom għal tmien sigħat kuljum, kellhom persentaġġ ta’ 91% aktar li jmutu b’mard tal-qalb minn dawk li jieklu nomali tul it-12-il siegħa.

L-istess studju sab ukoll li għal nies li diġà qed jgħixu b’mard tal-qalb u li jieklu għal aktar minn tmien sigħat iżda inqas minn għaxar sigħat kuljum, ir-riskju ta’ mewt li ġej minn mard tal-qalbjew puplesija, kellu rata ta’ 66%

Ġie skopert li bl-intermittent fasting, normalment tintuża minn nies li jkunu qegħdin jippruvaw jitilfu l-piż. Studju preċidenti oħrajn urew li din it-tip ta’ diet, tista’ tejjeb il-pressjoni tad-demm, il-glukożju fid-demm, u l-livelli tal-kolesterol. Madanakollu, s’issa għad ma hemmx ħafna informazzjoni dwar l-effetti fit-tul.

Sport