Thursday, May 16, 2024

Ftit sigħat biss ‘il bogħod mill-finali tal-konkors internazzjonali Miss Supranational

Aqra wkoll

Minn hawn u ftit ieħor, Nicole Vella se tkun qed tieħu sehem fil-finali tal-konkors internazzjonali Miss Supranational li qed isir f’Nowy Sącz, fil-Polonja. B’kollox hemm 69 tfajla li se jkunu qed jikkompetu għal dan it-titlu prestiġjuż.

Nicole għandha 22 sena u hija gradwata fil-Psikoloġija. Fid-29 ta’ April li għadda hija rrappreżentat il-lokalità tar-Rabat waqt il-konkors tas-sbuħija Miss & Mister Supranational Malta li sar fl-Auditorium ta’ Sant’Agatha, ir-Rabat. Dakinhar hija kienet rebħet it-titlu ta’ Miss Supranational Malta 2022.

L-attività tibda fid-9:00 p.m. Dawk li jixtiequ jsegwu l-konkors, jistgħu jingħaqdu f’xandira diretta fuq din il-ħolqa: https://www.youtube.com/watch?v=ij1XJddNohU.

Sport