Tuesday, December 24, 2024

F’Tokyo jibdew jinħarġu ċertifikati ta’ sħubija għal koppji tal-istess sess

Aqra wkoll

Tokyo bdiet tintroduċi skema ta’ ċertifikat ta’ sħubija għal koppji tal-istess sess – li tippermettilhom li jkunu trattati bħala koppji miżżewġin għal ċertu servizzi iżda mhux l-ugwaljanza fiż-żwieġ. Xi wħud qegħdin jittamaw li dan jista’ jkun pass importanti sabiex il-Ġappun kollu jħaddan l-ugwaljanza.

Bħalissa, il-Ġappun huwa l-uniku pajjiż fil-grupp G7 ta’ nazzjonijiet żviluppati li ma jirrikonoxxix l-unjoni bejn l-istess sess. Madankollu, sħarriġ riċenti indika li l-parti l-kbira tal-Ġappuniżi huma favur iż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess. Skont stħarriġ li sar fl-2021 mix-xandar pubbliku tal-Ġappun NHK, 57% jinsab favur filwaqt li 37% biss huma kontra. 

Minkejja dan l-appoġġ, Qorti distrettwali f’Osaka ddeċidiet aktar kmieni din is-sena li l-projbizzjoni eżistenti fuq żwieġ bejn persuni tal-istess sess kienet kostituzzjonali.

Ekonomija

Sport