Sunday, December 22, 2024

“Fuq kollox pruvjat u se nibqa’ nkun tarka kontra min ipprova jżebblaħ isem pajjiżna barra minn xtutna”

- Imnedija l-kampanja elettorali ta’ Alex Agius Saliba

Aqra wkoll

“Dan hu dak illi jiddistingwina mill-Partit Nazzjonalista. L-għaqda tagħna wara l-Prim Robert Abela u l-għaqda u r-rispett wara l-mexxejja kollha li kellhom il-privileġġ sabiex iservu lill-Partit tagħna, il-privileġġ u l-unur sabiex iservu lil pajjiżna. Il-Partit Laburista jħares lejn pajjiżu bl-istess imħabba li missier jew omm iħarsu lejn it-tfal tagħhom u b’hekk jagħtu minn kollox u dak kollu li jista’ biex jarah miexi ‘l quddiem”

Dan iddikjarah il-Viċi President tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew u Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba waqt diskors li għamel nhar is-Sibt li għadda fit-tnedija għall-kampanja elettorali tiegħu fi Pjazza Tritoni.

Huwa sostna kif huwa kburi li jagħmel parti mill-familja tal-Partit Laburista u kellu l-opportunita’ li jitla’ pass pass fl-istrutturi kollha. Qal kif l-imħabba li urih il-poplu Malti u Għawdxi matul l-aħħar ħames snin imlietu b’ħeġġa u determinazzjoni biex iżid id-doża tax-xogħol tiegħu.

Tenna kif kien ta’ privileġġ għalih li jservi u jixtieq li jkompli jkun vuċi soda għal bosta strati tas-soċjeta’, partikolarment il-klassi tal-ħaddiema, il-konsumaturi vulnerabbli, il-minoritajiet u anke l-persuni b’diżabbilta’ fost oħrajn.

Jindirizzaw din l-attivita’ kien hemm il-Ministri Silvio Schembri u Ian Borg u
l-eks Prim Ministri Alfred Sant u Joseph Muscat.

Ekonomija

Sport