Friday, April 19, 2024

Futsal: It-team nazzjonali jispiċċa fi draw kontra l-Estonja f’Tallinn

Aqra wkoll

F’partita ta’ ħbiberija tal-futsal, li ntlagħbet f’Tallinn, it-team nazzjonali Malti spiċċa fi draw ta’ 1-1 kontra l-Estonja. 

Kien l-Maltin li fetħu l-iskor minn Giancarlo Sammut, l-ewwel player professjonali tal-futsal hekk kif bħalissa qed jilgħab fid-Danimarka. 

Kien riżultat ferm sodisfaċenti meta wieħed iqis li t-team kien kompost ukoll minn players ta’ 16 u 17-il sena bi tħejjija għat-team nazzjonali ta’ Taħt id-19-il sena. 

Qabel il-partita, il-viċi president tal-MFA, Matthew Paris, ippreżenta tifkira lit-team manager, John Mizzi, hekk kif din kienet l-aħħar partita tiegħu wara 56 waħda.

Sport