Il-plejer ta’ St George’s Futsal Karl Luke Schembri hu r-rebbieħ tal-Enemed Plejer tax-xahar ta’ Ottubru.
Gatt li ngħaqad mat-tim mill-Kottonera riċentement, qed ikollu kampjonat ferm pożittiv skorja diversi gowls importanti għat-tim tiegħu matul ix-xahar li għadda.
Schembri għandu 23 sena u beda jilgħab il-futsal riċentement u mal-ewwel għoġbitu l-logħba.
Il-preżentazzjoni lil Schembri saret mill-president tal-FMA il-perit Mark Borg fejn apparti t-trofew, hu ngħata wkoll xi vouchers mingħand l-isponsors.