Thursday, April 18, 2024

Blackball: Isir L-Ewwel Euro Ranking Tournament

Aqra wkoll

It-Tnejn filgħaxija ntlagħbu ħames finali f’kategoriji diffferenti hekk kif ġie organizzat l-ewwel Euro Ranking Tournament mill-Malta Blackball Federation.

Mevrick Zammit kellu suċċess fil-kategorija tal-Irġiel meta għeleb lil Johann Attard 10-9 f’finali ferm indeċiża sal-aħħar.

Mill-banda l-oħra, Matthias Debono għeleb lil Neil Caruana 9-3 fil-finali ta’ taħt it-23 sena.

Fil-kategorija tas-Seniors, kien Stephen Mangion li rebaħ bl-iskor ta’ 10-6 kontra Kevin Schembri.

F’aktar finali, Raymond Caruana għeleb lil Ivan Rizzo 10-5 fil-kategorija Masters fuq il-50 sena filwaqt li dik ta’ aktar minn 60 sena, Alfred Micallef għeleb l-isfida ta’ Joe Camilleri 8-3.

It-trofej lir-rebbieħa ġew ippreżentati mill-uffiċjal tal-loġistika Teemor Mifsud.

Sadanittant ir-rebbieħa tal-bieraħ għamlu pass eqreb sabiex jiġu magħżula mat-tim nazzjonali.

Finalment qabel il-finali, ingħataw l-unuri lill-finalisti u r-rebbieħa tal-kampjonati Mondjali li saru fi Franza riċentement.

Ekonomija

Sport