Monday, April 22, 2024

Joqtol 10 persuni fi sparatura f’supermarket f’Virginia 

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel armat qatel minn tal-inqas 10 persuni f’attakk ġewwa supermarket f’Chesapeake, fl-istat Amerikan ta’ Virginia. Ġie rrappurtat kif ir-raġel, maħsub li huwa l-istore manager tas-supermarket, fetaħ in-nar imbagħad qatel lilu nnifsu. 

Il-pulizija qalet lill-ġurnalisti li l-attakk seħħ it-Tlieta, għall-ħabta tal-10.12 p.m. (ħin lokali). Ritratti li ċċirkolaw fuq il-midja soċjali wrew preżenza qawwija tal-pulizija fuq il-post. 

Il-kelliem Leo Kosinski qal li l-isparatura jidher li seħħet fis-supermarket, u li s-suspettat aġixxa waħdu f’dan il-każ. 

Dan l-attakk seħħ ftit jiem biss wara li raġel armat fetaħ in-nar f’nightclub LGBT fl-istat ta’ Colorado, fejn mietu ħames persuni u darab 17 oħra. Fl-2019, sparatura tal-massa fl-istabbiliment Walmart fil-belt ta’ El Paso, Texas, ħalla 23 mejta. 

Sport