Lija Athletics B Futsal telgħu fit-tieni post tal-klassifika tal-Enemed Women’s Futsal League wara li għelbu lil Santa Margerita AFC Futsal 4-1.
It-tieni tim ta’ Ħal Lija kien ferm konċentrat tul il-logħba kollha b’Santa Margerita li minkejja l-isforzi kollha tagħhom, ħarġu b’idejhom vojta minn din il-partita.
Lised Romero poġġiet lil Lija fil-vantaġġ sabiex Rohanne Zahra ġabet l-iskor indaqs għal Santa Margerita.
Lija Athletics B baqgħu konċentrati u żiedu tnejn oħra qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Lised Romero u Karen Mifsud.
Fit-tieni taqsima, Shakira Bugeja xeħtet il-ballun fix-xibka tagħha stess sabiex wettqet awtogowl u għamlet l-iskor finali 4-1.
Referees: Marco Orazio La Rosa u Christian Lia.
University of Malta ACJ Group kisbu l-ewwel rebħa staġjonali wara li għelbu lil Parr Mela Rockets FC 3-0.
L-Universitarji kienu determinati li jiksbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun u skorjaw il-gowls tagħhom permezz ta’ doppjetta ta’ Nicole Espinel u Sabrina Torelli.
Referees: Stephen Vella u Stefania Bonnici.
KLASSIFIKA – ENEMED WOMEN’S FUTSAL LEAGUE
Mtarfa Futsal, Lija Athletics A 7, Lija Athletics B 6, University of Malta ACJ Group 4, Swieqi United Futsal 3, Santa Margerita AFC Futsal 1, Parr Mela Rockets FC Futsal 0