Sunday, May 5, 2024

It-tim nazzjonali tal-futbol tan-nisa jirbaħ it-tielet IZIBET Elite Athlete Award

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali tal-futbol tan-nisa jirbaħ it-tielet IZIBET Elite Athlete AwardNational Lottery plc u l-Għaqda Ġurnalisti Sports, bi pjaċir iħabbru li t-Tim Nazzjonali Malti tal-Futbol tan-Nisa rebaħ it-tielet unur tal-IZIBET Elite Athlete Award li jkopri x-xhur ta’ Settembru u Ottubru 2023.It-tfajliet Maltin laħqu tragward storiku hekk kif fi Grupp Ċ1 tal-Women’s Nations League huma rebħu erba’ logħbiet minn erbgħa u jinsabu fil-quċċata tal-istess grupp. It-tim Malti huwa mistenni li jilgħab l-aħħar żewġ logħbiet ta’ dan il-grupp fil-bidu tax-xahar id-dieħel. Din hija l-ewwel darba li tim nazzjonali tal-futbol kellu daqshekk rebħiet konsekuttivi f’kompetizzjonijiet internazzjonali.Franco De Gabriele, Chief Commercial Officer ta’ National Lottery plc qal, “Huwa ta’ pjaċir kbir għalina li qed nagħtu dan l-unur prestiġġjuż lit-Tim Nazzjonali Malti tal-Futbol tan-Nisa sabiex nirrikonoxxu l-isforzi u r-rekord miksub fir-rebħiet kollha fi Grupp Ċ1 tal-Women’s Nations League. Nittamaw li dan il-moviment fil-futbol tan-nisa jkompli jsaħħaħ il-bżonn tal-professjonalità fl-isport sabiex l-atleti tagħna jaqbdu l-mixja professjonali fl-isport. Huwa ċar ħafna li l-atleti għandhom talent li qed iwasssalhom għas-suċċess imma jeħtieġ li jkollhom ambjent li jkompli jsaħħaħ l-iżvilupp tagħhom. Miċ-ċokon tagħna aħna kburin li qed nagħtu sehemna biex it-Tim Nazzjonali Malti tal-Futbol tan-Nisa jkompli jissaħħaħ u jġib aktar riżulati b’saħħithom”.Waqt il-preżentazzjoni ta’ dan l-unur Sandro Micallef, President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports ikkumenta, “Nifraħ personalment lit-Tim Nazzjonali Malti għal din il-mixja pożittiva f’dawn l-aħħar erba’ rebħiet konsekuttivi f’dawn il-logħbiet internazzjonali. Prosit lill-plejers kollha involuti f’dawn l-erba’ logħbiet, il-coaching staff, is-support staff u dawk kollha li b’xi mod jew ieħor taw sehemhom f’dan is-suċċesss. Dan l-Elite Athlete Award huwa sinjal ċar li l-midja sportiva lokali qed issegwi l-futbol tan-nisa u qed tapprezza l-iżvilupp kontinwu li qed isir.” Micallef żied jgħid, “Nieħu l-opportunità biex nagħmel appell ġenwin għal darb’oħra lill-Malta Football Players Association u l-Malta Football Association biex jippublikaw fl-intier tiegħu il-Memorandum of Understanding (MoU) li ġie ffirmat mat-Tim Nazzjonali tal-Futbol tan-Nisa. Il-pubblikazzjoni ta’ dan l-MoU għandu jgħin lill-ġurnalisti sabiex iżommu għajnejhom miftuħa u jagħmlu l-pressjoni meħtieġa fuq il-Malta FA sabiex tagħmel żgur li tonora l-impenn tagħha lejn il-kisba fis-sħiħ tal-UEFA Minimum Standards Framework għat-timijiet nazzjonali tan-nisa Ewropej sa’ Ġunju tal-2024. Qabel ma jiġi pubblikat l-MoU, il-midja ma tistax isegwi l-progress fit-twettiq ta’ dawn il-wegħdiet.”Il-għan tal-IZIBET Elite Athlete Award huwa li jirrikonoxxi s-suċċessi miksuba mill-atleti lokali għax-xhur ta’ Jannar–Frar, Marzu-April, Mejju-Ġunju, Lulju–Awissu, Settembru-Ottubru, u Novembru–Diċembru.Il-bord tal-għażla huwa magħmul minn ġurnalisti u osservaturi sportivi li se jkunu qed jevalwaw bir-reqqa il-kisbiet tal-atleti matul ix-xhur imsemmija aktar qabel u jassiguraw li jkun hemm il-korretezza matul il-proċess kollu tal-għażla.Ir-regolamenti tal-IZIBET Elite Athlete Award jistgħu jinkisbu minn fuq il-website tal-Għaqda Ġurnalisti Sports https://www.maltasportsjournalists.com/

Sport