Friday, September 20, 2024

Futsal: Luke Gatt ir-rebbieħ tal-Enemed Plejer ta’ Novembru

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ Valletta Futsal Luke Gatt hu r-rebbieħ tal-Enemed Plejer tax-xahar ta’ Novembru.

Gatt li ngħaqad mat-tim mill-kapitali fil-bidu ta’ dan l-istaġun, qed ikollu kampjonat ferm pożittiv tant li riċentement ġie mgħajjat mill-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Zejlko Anicic.

Luke għandu 23 sena u ilu jilgħab il-futsal għal dawn l-aħħar 11-il xahar u beda l-karriera tiegħu ma’ St George’s Futsal filwaqt li mal-ewwel impressjona fil-logħob tiegħu. Aktar qabel hu kien jilgħab il-futbol ma’ Żebbuġ Rangers u Rabat Ajax.

Il-preżentazzjoni lil Gatt saret mill-kap eżekuttiv tal-Enemed l-Inġinier Philip Borg u l-president tal-FMA il-perit Mark Borg fejn apparti t-trofew, hu ngħata wkoll xi vouchers mingħand l-isponsors.

Sport