Tuesday, April 30, 2024

Anzjana tintlaqat minn trakk li baqa’ sejjer f’San Ġwann

Aqra wkoll

Anzjana ndarbet wara li aktar għal ħabta tal-10:00 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Birkirkara f’San Ġwann.

Minn stħarriġ li sar irriżulta li anzjana ta’ 71 sena minn San Ġwann kienet weġġgħet wara li aktarx ntlaqtet minn trakk li għadu mhux identifikat minħabba li allegatament is-sewwieq baqa’ sejjer.

Fil-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li ħa lill-anzjana l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport