Bosta jinsabu maħsuda bil-mewt għalgħarrieda ta’ Galen Sammut iktar magħruf bħala l- ‘Pajju’, li kien magħruf sew fiċ-ċrieki ta’ Birkirkara FC u anke tal-klabb tal-waterpolo ta’ San Ġiljan.
Fi stqarrija, Birkirkara FC qalu li jinsabu mnikkta ħafna bl-aħbar tal-mewt tal-eks Kit Manager tagħhom, Galen Sammut, magħruf b’affezzjoni bħala ‘Il-Pajju’.
Galen iddedika ħafna snin ta’ servizz leali u volontarju lill-Klabb tagħna, u dejjem wera impenn sod, passjoni u mħabba lejn il-kuluri tagħna.
Maħbub u rispettat minn kull min kellu x-xorti li jsir jafu, Galen se jibqa’ mfakkar dejjem bħala membru għażiż ta’ Birkirkara FC.
Noffru l-kondoljanzi mill-qalb tagħna lill-familja, lill-ħbieb u lill-għeżież tiegħu f’dan il-mument diffiċli.




