Friday, November 20, 2026
Home Sport Malta Premier League: Zabbar SP jegħlbu lil Gzira Utd b’żewġ goals fit-tieni...

Malta Premier League: Zabbar SP jegħlbu lil Gzira Utd b’żewġ goals fit-tieni taqsima

0
35
RItratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

ZABBAR ST PATRICK……. 2

GZIRA UNITED……………. 0

Permezz ta’ wirja konvinċenti, Zabbar St Patrick irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu fit-tieni taqsima, biex b’hekk komplew ikabbru l-problemi għall-Maroons, b’din tkun it-tielet telfa konsekuttiva għalihom.

M’hemmx dubju li din tista’ titqies bħala rebħa meritata għaż-Żabbarin, għalkemm il-Gżirjani kellhom il-waq­tiet pożittivi tagħhom fl-ewwel taqsima.

Kienu Gzira li ħolqu l-ewwel periklu wara biss ħames minuti meta Luis Gab­riel Moreira De Sousa kellu x-xutt tiegħu mill-viċin salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Zabbar, Patrik Mohorovic.

Huma komplew fuq l-offensiva u fit-18-il minuta kellhom goal imħassar minħabba offside  meta l-is­korer Brażiljan, Andre Carlos Penha Da Costa, minn pożizzjoni ideali ma ħafirx iżda r-referee Philip Farrugia ħassar dan il-goal minħabba li ġġudika li l-istess Da Costa kien f’pożizzjoni irregolari.  

Zabbar wieġbu fit-22 minuta meta xutt insidjuż minn barra l-kaxxa ta’ Strahinja Jovancic għadda ftit barra.

Huma komplew jippres­saw u fit-42 minuta, Jake Mi­callef kellu x-xutt tiegħu mill-viċin salvat tajjeb mill- goalkeeper tal-Maroons, Karl Sargent.

Fil-50 minuta, Zabbar kel­lhom ferħa bla temma meta wara li rċieva minn cross ta’ Kaiden Fenech, Vinicius Mendonca mill-viċin tefa’ ġewwa iżda r-referee Philip Farrugia kien pront u ħassar dan il-goal minħabba li ġġudika li l-attakkant Brażiljan kien mess il-ballun b’idu.  

Iżda huma ma kellhomx jiġu mċaħħda fl-64 minuta meta s-sostitut THOMAS MELILLO li kien ilu biss   tliet minuti fil-ground, venven xutt minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Sargent.

Dan il-goal provda injezzjoni morali lil Zabbar u fil-71 minuta rduppjaw meta l-veteran Taljan MARIO FONTANELLA permezz ta’ daqqa ta’ ras prċiża minn taħt il-lasti tefa’ wara Sargent.

Zabbar SP: Patrik Mohorovic, Karlo Brucic, Nicolas Lancioni (Alfredo Agyeman 61), Joao Henrique Carnago, Milos Jovicic (James Aston Ellard 80), Jake Micallef (Nicholas James Agius 69), Strahinja Jovancic, Zean Leonardi, Vinicius Mendonca, Andre Moriceau, Kaiden Fenech (Thomas Melillo 61) – Coach: Adolfo Sormani

Gzira U.: Karl Sargent, Albion Pillana (Kayden Pace 88), Gabriel Bohrer Mentz, Nathan Joyce, Deacon Abela, Andrew Borg (Zachary Abo Assaf 88), Luis Gabriel Moreira de Sousa (Antiago De Flavia 69), Andre Carlos Penha Da Costa (Maxuell Maia 80), Dejan Farrugia (Justin Pena Serna 69), Mario Filipe Bartolomeu, Francisco Saldanha   – Coach: Darren Abdilla

Referee: Philip Farrugia

assistenti: David Castillo, Shaun Calleja

Raba’ Uff.: Glen Tonna

Skorers: T. Melillo 64, M. Fontanella 71 (ZSP)

Ammoniti: F. Bartolomeu, A. Pllana, A. De Flavia, F. Saldanha (GU), M. Jovicic (ZSP)

Player tal-Logħba: Strahinja Jovancic (ZSP)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here