Friday, November 20, 2026
Home Sport Manchester United mhux se jieħdu passi legali kontra l-operatur tad-drone li ffilmja...

Manchester United mhux se jieħdu passi legali kontra l-operatur tad-drone li ffilmja sessjoni ta’ taħriġ

0
29

Manchester United iddeċidew li ma jieħdux passi legali kontra l-operatur tad-drone li ffilmja sessjoni ta’ taħriġ ta’ Mauricio Pochettino fiċ-ċentru ta’ Carrington.

Filmat ta’ madwar 12-il minuta, li kien juri lill-coach Arġentin imexxi t-taħriġ qabel il-konfront kontra Liverpool, ittella’ fuq YouTube mill-kont CC Overview.

L-inċident qajjem tħassib fil-club, hekk kif f’Carrington hemm tabelli li jipprojbixxu l-użu tad-drones u jwissu dwar possibbiltà ta’ azzjoni legali.

Madankollu, l-operatur, li identifika ruħu bħala Colin, neħħa l-filmat u skuża ruħu, fejn ammetta li d-deċiżjoni tiegħu kienet żball ta’ ġudizzju.

Huwa spjega li ħaseb li kien se jaqbad biss it-taħriġ tal-warm-up u li s-sessjoni kienet miftuħa għall-midja. Il-United aċċettaw l-apoloġija, iżda wissew li lesti jiddefendu d-drittijiet tagħhom jekk jerġa’ jseħħ każ simili.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here