Partitarju ta’ Liverpool, akkużat li insulta b’mod razzista lil Antoine Semenyo, instab mhux ħati wara li l-attakkant irtira l-appoġġ tiegħu għall-prosekuzzjoni.
Mark Mogan, ta’ 47 sena, kien akkużat b’imġiba aggravata b’motiv razzjali waqt il-logħba bejn Liverpool u Bournemouth f’Anfield fil-15 ta’ Awwissu 2025.
Semenyo, li dak iż-żmien kien jilgħab ma’ Bournemouth, kellu jagħti x-xhieda tiegħu l-Ġimgħa, iżda l-prosekuzzjoni ddeċidiet li ma tippreżentax aktar provi wara li l-player ma baqax jappoġġja l-proċeduri.
Il-qorti semgħet li Mogan allegatament għajjar lill-player waqt li kien se jagħmel throw-in u waddablu wkoll chewing gum. Semenyo kien irrapporta l-inċident lir-referee Anthony Taylor, filwaqt li l-partitarju tneħħa mill-istadium fil-mistrieħ.




