Friday, November 20, 2026
Home Sport Saka se jitlef id-derby ta’ Londra u l-konfront kontra Real Madrid

Saka se jitlef id-derby ta’ Londra u l-konfront kontra Real Madrid

0
31

Arsenal se jkollhom jgħaddu minn perjodu diffiċli mingħajr Bukayo Saka, li mistenni jibqa’ barra għal erba’ ġimgħat oħra minħabba injury fil-koxxa.

L-internazzjonali Ingliż weġġa’ waqt id-draw ta’ 2-2 kontra Bayern Munich fiċ-Champions League fil-21 ta’ Ottubru.

Il-kowċ Mikel Arteta kkonferma li testijiet mediċi ġodda wrew li l-irkupru tal-attakkant se jdum aktar milli kien mistenni inizjalment.

B’hekk, Saka mistenni jitlef id-derby ta’ Londra kontra Tottenham Hotspur kif ukoll il-konfront importanti taċ-Champions League kontra Real Madrid.

Il-plejer ta’ 25 sena jista’ jirritorna għall-konfront kontra Manchester United fl-20 ta’ Diċembru, għalkemm għadu kmieni biex tiġi stabbilita data eżatta għar-ritorn tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here