Friday, April 19, 2024

Leicester City v Tottenham Hotspur posposta

Aqra wkoll

Il-logħba tal-Premier League Ingliż bejn Leicester City u Tottenham ta’ nhar il-Ħamis ġiet posposta minħabba Covid-19.

Il-partita, li kienet skedata li tibda fit-8.30 pm, hija r-raba’ logħba li ġiet posposta mindu reġa’ għolla rasu l-Covid-19. 

Il-Premier League qal li ħa d-deċiżjoni minħabba “żieda f’każijiet pożittivi ta’ Covid-19 fi ħdan l-iskwadra ta’ Leicester”.

Il-post ta’ taħriġ ta’ Leicester ingħalaq biex jgħin titrażżan it-tifqigħa.

“Fid-dawl tal-informazzjoni l-ġdida, Leicester applikaw [nhar il-Ħamis] biex il-partita titneħħa minħabba tifqigħa li għadha għaddejja fi ħdan l-iskwadra, li rriżultat f’aktar plejers u persunal ittestjati pożittivi għal Covid-19 illum.

“Dan ħalla lill-klabb b’numru insuffiċjenti ta’ plejers disponibbli biex tintlagħab il-logħba.”

Sport