Saturday, November 21, 2026
Home Sport Malta Premier League: Mosta ttrasformati fit-tieni taqsima u jdawru telfa f’rebħa

Malta Premier League: Mosta ttrasformati fit-tieni taqsima u jdawru telfa f’rebħa

0
31
File photo: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

Balzan …………..2

Mosta ……………3

F’partita li pproduċiet xejn inqas minn ħames goals, Mosta dehru ttrasformati fit-tieni taqsima u dawru telfa f’rebħa ta’ 3-2. 

Balzan għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss erba’ minuti fetħu l-iskor, meta DIMEJI AWOSANYA xeħet fix-xibka b’xutt fil-baxx. 

Huma komplew jippressaw u fil-11-il minuta free-kick ta’ Leo Fernandes għadda ftit għoli. 

Dan sabiex fit-23 minuta l-istess Fernandes kellu x-xutt tiegħu mill-viċin li ntemm ftit barra. 

Balzan komplew jiddominaw u fl-40 minuta, irduppjaw l-iskor meta mill-viċin JAKE PORTELLI għeleb għal kollox lill-goalkeeper, David Udoh Akpan, b’dan ikun l-ewwel goal tiegħu bil-flokk ta’ Balzan. 

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Mosta ħarġu ferm aggressivi u fit-52 minuta naqqsu l-marġni tal-iskor meta GIANCARLO GONCALVES b’daqqa ta’ ras mill-viċin ma ħafirx. 

Balzan wieġbu tliet minuti wara meta l-ewwel Dimeji Awosnya kellu x-xutt jaħbat mad-difiża ta’ Mosta, biex mir-rebound Jake Portelli ra t-tentattiv tiegħu jintemm barra.

U ta’ dan il-goal fallut, Balzan pattew qares, hekk kif fid-59 minuta Mosta għamlu l-iskor indaqs meta GIANCARLO GONCALVES minn pożizzjoni ideali kellu x-xutt tiegħu li ntemm ġewwa, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali f’temp ta’ seba’ minuti. 

Balzan wieġbu mill-ewwel u fil-61 minuta, free-kick insidjuż mix-xellug ta’ Awosanya stampa mal-mimduda.

Huma komplew jippressaw u fl-64 minuta  Jake Grech kellu x-xutt fil-baxx  minn pożizzjoni ideali jiġi salvat minn mal-art minn Akpan.

Iżda kienu Mosta li skorjaw il-goal tar-rebħa fl-74 minuta meta EBERE EUGENE qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper ta’ Balzan, Manuel Djalo, għal ġox-xibka.

Huma komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.

Balzan: Manuel Djalo (Dylan Ciappara 78), Nikola Doric (Ederson Bruno Domingos 81), Jake Portelli (Lucas Maucula 70), Samir Arab, Jake Grech (Luis Gabriel Santos Silva 78), Mohammed Yahaya, Dimeji Awosanya, Sekala Guehi, Sean Cipriott, Nikola Ignjatovic (Rosiel Pereira Da Silva 78), Joaquim Da Silva Coach: Andrew Cohen 

Mosta: David Udoh Akpan, Neil Frendo (Ryan Debono 46), Nevin Portelli, Giancarlo Gonacalves, Kurt Zammit, Prince Afriyie (Adolphus Ebere 46), Nathan Cross (Emmanuel Ugwu 46), Bradley Farrugia (Diniz Pinheiro 46), Pedro Da Silva Barbosa, Geoffrey Edwin Acheampong (Charles Oderinde 81), Thiago Espindola Coach: Joseph Grech

Referee: Daniel Portelli

Ass. Referees: Luke Portelli, Max-Lee Muscat

Raba’ Uffiċjal: Ezekiel Barbara

Skorers: D. Awosanya 5, J. Portelli 40 (B), G. Goncalves 53, 59, E. Eugene 74 (M)

Ammoniti: J. Portelli (B), N. Cross, E. Ugwu (M)

Player tal-Logħba: Adolphus Ebere (Mosta)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here