Iċ-champions Luxol St Andrew’s kisbu l-ikbar rebħa tal-ġurnata meta ddominaw il-logħba tagħhom kontra Marsaskala Legends tant li rebħu 13-2.
Maicon Da Silva Gaiewski spikka għat-tim minn St Andrew’s meta skorja tliet gowls filwaqt li Victor Oliveira Dias u Celino Alves sabu x-xibka darbtejn. Everton da Silva Santos, Mark Zammit, Luke Gatt, Marrwan Telisi, Andy Mangion u awtogowl ta’ Dale Valletta żiedu l-iskor għaċ-champions.
Amir Ashtiyani skorja l-uniċi żewġ gowls għall-Iskalin.
Referees kienu Andrea Naudi u Marco La Rosa.
Swieqi United Futsal LEC 07 kisbu skor konvinċenti ta’ 6-1 kontra Ta’ Xbiex Futsal.
L-iskorer prolifiku Karl Luke Schembri skorja tripletta filwaqt li Guillherme Fonseca, Marcelo Alarcon u Gregory Busuttil żiedu l-iskor għal Swieqi.
George Frendo skorja l-uniku gowl għal Ta’ Xbiex.
Referees kienu Andrea Naudi u Danilo Francalanza.
University of Malta rebħu lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt is-17-il sena 5-1.
Cleavon Portelli skorja doppjetta b’Anthony Luke Borg, Steven Camilleri u Mohamed Elamari li wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Luke Urpani skorja l-uniku gowl għaż-żgħażagħ Maltin.
Referees kienu Danilo Francalanza u Sillah Alhasana.
KLASSIFIKA – ENEMED FUTSAL LEAGUE
Luxol St Andrew’s 24, Ta’ Xbiex 18, Swieqi United 16, University of Malta 15, Marsaskala Legends 13, Ħamrun SC NCMB 12, Selezzjoni Maltija U19 6, Gżr Birżebbuġa St Peter’s Futsal 3, Selezzjoni Maltija U17 0