Wednesday, March 27, 2024

Futsal: Luxol u Swieqi pass bogħod mill-finali tal-play-offs

Aqra wkoll

Luxol St Andrews u Swieqi United huma favoriti li jgħaddu għall-finali tal-Enemed Futsal Premier League meta rebħu l-ewwel leg tas-semifinali tal-play-offs bl-aktar mod komdu kontra l-avversarji rispettivi tagħhom.

Iċ-champions Luxol għelbu lill-Universita’ ta’ Malta bl-iskor ta’ 6-1. Kif mistenni t-tim immexxi minn Gabriel Dobre ħareġ tajjeb u sa tmiem l-ewwel taqsima kien żewġ gowls minn fuq.

Fit-tieni taqsima, l-Universita’ ta’ Malta naqqsu l-marġni tal-iskor iżda minkejja kollox, xorta waħda kienu t-tim minn St Andrew li komplew jiskorjaw.

Il-plejer Brażiljan Celino Alves skorja doppjetta filwaqt li Andy Mangion, Emil Raducu, Gregory Busuttil u awto-gowl ta’ Lozada Motta komplew għaqqdu l-iskor għar-rebbieħa. L-istess Lozada naqqas il-marġni tal-iskor għall-Universitarji.

Iż-żewġ naħat jerġgħu jiltaqgħu nhar l-Erbgħa li ġej għat-tieni leg.

Referees: Clinton Cassar, Jude Amin Utulu, Pierre Bonnici.

Swieqi United għelbu lil Ta’ Xbiex 5-1 sabiex anke huma jinsabu ferm viċin għall-post fil-finali.

It-tim immexxi minn Dylan Micallef kellu ħafna mill-pussess b’Ta’ Xbiex li bdew itellgħu kontrattakki perikolużi bil-goalkeeper Brandon Debono li dejjem kien attent.

Micheal Borg skorja doppjetta sabiex Santiago Cruz, Justin Theuma u Dylan Pace wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Ta’ Xbiex skorjaw l-uniku gowl tal-logħba minn Christian Wismayer.

Referees: Stephen Vella, Andrea Naudi, Clint Cassar.

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena u Fgura United offrew logħba sabiħa u inċerta sal-aħħar meta kienu qed jilagħbu l-logħba play-off mill-Enemed Challenger League.

Iż-żgħażagħ Maltin rebħu wara l-għoti tal-penalties wara li l-iskor finali sa tmiem l-40 minuta kien dak ta’ 5-5.

Għall-Maltin skorjaw Collin Sammut, David Nathan Balzan, Denzel Camilleri, Kubilay Karadol u Mason Agius filwaqt li għall-Fgurin Sebastian Nayar skorja poker bi Diego Arturo Scuro jżid ieħor.

B’hekk Fgura temmew l-impenji tagħhom għal dan l-istaġun b’Malta U19 li jilagħbu kontra Żurrieq FC fis-semifinali. Mill-banda l-oħra, St George’s jaffaċċjaw lil Marsaskala fis-semifinali l-oħra.

Referees: Stephen Vella, Pierre Bonnici, Marco Orazio la Rosa.

Ekonomija

Sport