Monday, December 9, 2024

Futsal: Pembroke Athleta u Mosta b’rebħiet importanti

Aqra wkoll

Pembroke Atheta u Mosta kisbu rebħiet importanti hekk kif intlagħbet ġurnata oħra ta’ logħob mill-Fuel 10K Under 16 Youth Futsal League.

Pembroke kisbu l-ikbar rebħa tal-ġurnata wara li għelbu lil Qrendi 7-0. Maximilian Zammit skorja tripletta filwaqt li Raffaele di Lecce, Dylan Amaira u Nicholas Axiak kellhom is-sodisfazzjon li jiskorjaw gowl kull wieħed.

Mill-banda l-oħra kien hemm logħba pjaċevoli bejn Mosta u Pieta’ Hotspurs bir-riżultat finali jkun dak ta’ 5-2 għal tal-ewwel.

Kien Luca Chetcuti li poġġa lil Mosta minn fuq sabiex Kayden Pace ġab id-draw għal Pieta’. L-istess Chetcuti reġa’ poġġa lill-Mostin fil-vantaġġ għalkemm Joseph Ryan Pace reġa’ irrisponda għal Pieta’ Hotspurs. Qabel tmiem l-ewwel taqsima, Daryl Cachia għamel l-iskor 3-2 għal Mosta.

Fit-tieni taqsima, Mosta ħarġu aggressivi u skorjaw żewġ gowls oħra minn Matthias Borg u Francois Micallef.

Sadanittant illum ikompli dan il-kampjonat b’żewġ partiti li jintlagħbu fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport hekk kif fil-4.45pm, San Ġwann jilagħbu kontra Naxxar Lions filwaqt li fis-6pm Birżebbuġa Windmills jaffrontaw lil Żabbar St Patrick.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport