Hekk kif intemm l-ewwel round tal-Enemed Women’s Futsal League, se tkun meħtieġa decider bejn
Mtarfa u Santa Margherita sabiex jiġi deċiż ir-raba’ tim li jikkwalifika għall-play-offs finali.
Dan kollu seħħ hekk kif Santa Margherita għelbu lill-istess Mtarfa 6-4 sabiex laħquhom bl-istess numru ta’ punti.
L-ewwel taqsima kienet waħda bilanċjata tant li l-iskor kien dak ta’ 2-2. Kien biss fit-tieni taqsima, li Santa Margherita ħadu vantaġġ mill-okkażjonijiet li ġewhom sabiex rebħu din il-partita.
Estefany Kalamenarez u Audrey Chetcuti skorjaw żewġ gowls kull wieħed b’Kirsty Paris u Rohanne Zahra jżidu gowls għal Santa Margherita.
Janice Pace skorjat tliet gowls għal Mtarfa b’Demi Magrin iżid ieħor.
Referees kienu Andrea Naudi u Clinton Cassar.
Sadanittant it-timijiet konfermati għall-play-offs huma ċ-champions Lija Women Futsal, Swieqi United Women’s Futsal LEC 07 u Zero Sei.
Lija rebħu l-isfida diretta kontra Swieqi United Women’s Futsal LEC 07 4-1.
Lija skorjaw erba’ gowls mingħajr risposta fl-ewwel parti tal-logħba u kien biss fl-aħħar li t-tim minn Swieqi naqqas il-marġni tal-iskor.
Hailey Russell skorjat żewġ gowls filwaqt li Ruth Steer Cheetham u Juciela Vale għaqqdu l-iskor għall-Athletic.
Vanessa Honorio Carneiro skorjat l-uniku gowl għal Swieqi.
Referees kienu Andrea Naudi u Jonathan Balzan.
Zero Sei aċċertaw ruħhom mit-tielet post tal-klassifika wara li għelbu lil Iklin Futsal 5-1.
Danna Fuentes u Elisa Czik skorjaw doppjetta kull wieħed b’Rebecca Zammit li wkoll issib ix-xibka.
Awtogowl ta’ Dorienne Grech għen lill-Iklin inaqqsu l-marġni tal-iskor.
Referees kienu Marco La Rosa u Sillah Alhasana.
KLASSIFIKA – ENEMED WOMEN’S FUTSAL LEAGUE
Lija Women Futsal 16, Swieqi United Women’s Futsal LEC 07 12 , Zero Sei 13, Mtarfa Women, Santa Margherita Women’s Futsal 9, Parr Mela Pebbles Women’s Futsal 3, Iklin Women’s Futsal 0.
Meħtieġa decider bejn Santa Margherita u Mtarfa