Monday, May 13, 2024

Futsal: University of Malta ACJ Group fl-ewwel post wara rebħa diretta kontra Lija Athletics A

Aqra wkoll

University of Malta ACJ Group telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Enemed Women’s Futsal League meta għelbu lill-isfidanti għat-titlu Lija Athletics A 4-1. Din kienet l-ewwel telfa li sofrew dawn tal-aħħar wara żewġ rebħiet konsekuttivi.

L-Universitarji kienu determinati ħafna li joħorġu bir-rebħ minn din ir-raba’ ħarġa tagħhom u stabilixxew vantaġġ doppju sa tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima huma amministraw il-logħba sabiex kisbu tliet punti importanti u b’hekk laħqu lill-istess Lija u Mtarfa fl-ewwel post.

Joelma Alves kienet awtriċi ta’ tripletta filwaqt li Luanda Cabral żiedet ieħor għall-Universitarji.

Ruth Steer Cheetham naqset il-marġni tal-iskor għal Lija.

Referees: Luca Formosa u Stefania Bonnici.

Swieqi United telgħu fit-tieni post tal-klassifika daqs Lija Athletics B meta ftit sabu diffikulta’ sabiex rebħu lil Parr Mela Rocket Futsal 4-1.

It-tim minn Swieqi kellu logħba ferm pożittiva fejn ħasad lill-avversarji bl-attakki li bdew joħolqu l-plejers tagħhom.

Vanessa Carneiro skorjat żewġ gowls filwaqt li Janice Spiteri u Angie Becerra żiedu aktar gowls għal Swieqi.

Isabella Otero skorjat l-uniku gowl għal Parr Mela Rocket Futsal.

KLASSIFIKA – ENEMED WOMEN’S FUTSAL LEAGUE

Mtarfa Futsal, University of Malta ACJ Group , Lija Athletics A 7, Swieqi United Futsal , Lija Athletics B 6, Santa Margerita AFC Futsal 1, Parr Mela Rockets FC Futsal 0

Sport