Friday, December 27, 2024

Futsal: Żurrieq jikkwalifikaw għal Enemed Premier League

Aqra wkoll

Fl-unika logħba li kellna mill-Enemed Futsal League, iċ-champions Luxol St Andrews għelbu lil Żurrieq bl-iskor ta’ 3-2.

Kienet logħba ferm pjaċevoli b’Luxol li dejjem kienu fil-vantaġġ iżda b’Żurrieq li ddefendew tajjeb filwaqt li bdew itellgħu diversi kontrattakki li xi kultant kienu wkoll perikolużi.

Kien Luke Gatt li poġġa lil Luxol minn fuq wara erba’ minuti logħob sabiex Robert Stoyanov żied ieħor minuta wara.

Żurrieq naqqsu l-marġni tal-iskor minn David Ferreira de Almeida sabiex qabel tmiem l-ewwel taqsima Jhon Castro Pulido skorja t-tielet gowl għaċ-champions Maltin.

Fit-tieni taqsima, ir-ritmu tal-logħba baqa’ tajjeb b’Żurrieq li reġgħu naqqsu l-marġni tal-iskor minn Kurt Darmanin.

Wara din il-partita li għalqet l-ewwel round, il-kampjonat se jinqasam f’żewġ fażijiet bl-Enemed Premier League li se jkun ikkontestat minn Luxol, Swieqi, Ta’ Xbiex, l-Universtia’ ta’ Malta u Żurrieq.

Mill-banda l-oħra, St George’s, Marsaskala, Fgura, Malta U19 u Malta Veterans se jieħdu sehem fl-Enemed Challenger League.

KLASSIFIKA – ENEMED FUTSAL LEAGUE

Luxol St Andrews 25, Swieqi United, Ta’ Xbiex 22, L-Universita’ ta’ Malta 18, Żurrieq Futsal 15, St George’s 13, Marsaskala 9, Fgura United 6, Malta U19 3, Malta Veterans 0

Ekonomija

Sport