Tuesday, May 14, 2024

Timothy Thomas jiskorja l-150 gowl tiegħu ma’ Senglea Athletic

Aqra wkoll

L-attakkant veteran Timothy Thomas irnexxielu jiskorja l-150 gowl tiegħu bil-flokk ta’ Senglea Athletic.

Thomas, li inċidentalment hu mill-Isla, għandu 37 sena, u skorja wieħed mill-gowls fir-rebħa ta’ 3-0 li Senglea Athletic kellhom kontra Pembroke.

Fl-istess waqt, Thomas skorja wkoll il-297 gowl fil-karriera tiegħu u jinsab biss tliet gowls bogħod milli jilħaq it-300 gowl.

Senglea Athletic jinsabu fl-ewwel post ta’ sezzjoni A tal-Izibet National Amateur League.

Sport