Il-futur tal-attakkant internazzjonali Portugiż Joao Felix jinsab xi ftit jew wisq inċert hekk kif l-offerta ta’ Barcellona li jmur jilgħab magħhom ma tantx qed tikkonvinċih. It-tim Katalan għandu problemi finanzjarji kbar u s-salarju li offrewlu ma tantx qed jagħmlu ħerqan li jingħaqad magħhom.
Madankollu jekk nitkellmu fuq flus, pront wasal pjan B hekk kif Al Hilal qed juru intenzjonijiet kbar fil-konfront tiegħu sabiex jakkwistawh u għalhekk Felix jista’ jispiċċa l-Arabja Sawdija.
Bħalissa t-tim tiegħu Atletico Madrid qed jiltaqgħu ma’ xi diriġenti sabiex ibiegħu lil dan il-plejer.