Friday, June 27, 2025

F’Virginia: Tfajjel eroj ta’ 12-il sena jsalva lil familja minn nirien

Aqra wkoll

Wara li tfajjel minn Virginia salva lill-familja tiegħu minn nirien f’daru, il-kap tat-tifi tan-nar lokali qal li jekk it-tfajjel ikollu bżonn xi xogħol f’belt twelidu, żgur ikun eċċellenti jekk imur jaħdem mad-dipartiment tat-tifi tan-nar.

Romir Parker, student tas-seba’ sena mill-belt ta’ Petersburg, ingħata proklamazzjoni speċjali mill-muniċipalità talli wera l-kuraġġ u l-istinti protettivi ta’ xi ħadd ferm ikbar minnu.

Kollox beda fil-bidu ta’ Ġunju meta nar li kien qed jinfirex malajr ħakem id-dar ta’ Parker waqt li ħutu ż-żgħar, ta’ sena u sentejn, kienu reqdin fuq is-sufan. Meta sema’ ħoss stramb, Parker niżel mill-kamra tas-sodda u sab ħajt b’duħħan iswed

Dawk l-istinti ħakmuh, u ġera biex joħroġ ‘il barra lil ħuh u oħtu. Imma ġara li kien għad hemm xi ħadd ieħor id-dar tiegħu, nanntu. Meta daħal lura ġewwa, għen lin-nanna tiegħu toħroġ ftit qabel ma wasal id-dipartiment tat-tifi tan-nar

Il-Kap tat-Tifi tan-Nar ta’ Petersburg, Wayne Hoover, qal li keiku t-tfajjel ma’ kienx attent u ħa azzjoni mill-ewwel, kienet tiġri xi traġedja. It-tfajjel bla ma jaf salva l-ħajja tal-familja tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport