Thursday, December 26, 2024

“F’wiċċ Ġesu tarbija naraw lil dawk l-Ukreni mxennqin għall-paċi fid-dlam u l-kesħa”

Aqra wkoll

Il-Papa Franġisku qal li ninsabu wisq iffukati fuq l-armar tal-Milied iktar milli fuq il-veru sens tal-Milied li huwa t-twelid ta’ Ġesu Bambin.

Iddikjara dan waqt il-messaġġ tal-“Urbi et Orbi” (Lill-Belt u lid-dinja) mill-Vatikan bil-preżenza ta’ folla sabiħa ta’ nies wara sentejn ta’ restrizzjonijiet fejn jidħlu folol simili. F’diskors li għamel aktar kmieni dan ix-xahar il-Papa qal li għalkemm hawn vaċċin għall-virus, m’hawn vaċċin li jista’ jtaffi l-uġigħ ta’ dawk li għaddejjin minn żminijiet tal-gwerra.

Huwa qal li fil-wiċċ innoċenti tat-tarbija li għadha kien għadha kemm twieldet f’dawk il-kundizzjonijiet nistgħu naraw naraw lill-Ukreni li jinsabu mxennqin għall-paċi. Ukreni li qed jgħixu dan il-Milied fid-dlam u l-kesħa, ’il bogħod minn djarhom minħabba l-gwerra qalilha li għaddejja f’pajjiżhom.

Il-Papa talab biex dawk li qed jirrivolġu għall-armi biex ikomplu din il-gwerra, jiġu lluminati biex itemmu din il-ġlieda li ma tagħmilx sens u li qiegħda tkompli taħsad il-ħajja ta’ ħafna nies innoċenti.

Il-Papa kompla biex jirreferi għal diversi kunflitti oħra madwar id-dinja u talab li fuq kollox, il-politiċi jaslu biex jiddjalogaw iżjed u jsibu kompromess biex jieqaf dan it-tixrid ta’ demm.

Il-Papa qal li waqt inkunu mdawrin mal-mejda tal-ikel tajjeb li niftakru f’dawk kollha li aħna u nieklu u nħarbtu ħafna ikel, oħrajn qed ibatu l-ġuħ.

Il-Papa fakkar ukoll fl-immigranti li qegħdin isejħu għal post kenni kif ukoll xi ikel. Tkellem ukoll dwar dawk l-aktar emarġinati u l-ħabsin li verament jiddispjaċihom għal għemilhom.

Ekonomija

Sport