Monday, April 29, 2024

Ifakkar lil dawk li ma jorqdux minħabba li jridu jieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw lill-kotra

Aqra wkoll

Waqt l-Omelija ta’ lejlet il-Milied il-Kardinal Mario Grech qabbel ir-ragħja ma’ dawk li jagħmlu ljieli li ma jagħlqux għajn m’għajn. Grech qal li hawn ħafna nies li ma jistgħux jagħlqu għajn m’għajn mhux għax ma jridux iżda għax minħabba diversi raġunijiet ma jistgħux jorqdu.

Huwa beda jimmaġina dawk il-ġenituri maġenb uliedhom b’mard terminali jistennewhom jieħdu l-aħħar nifs. Fakkar dwar waħda mill-ħafna esperjenzi li ltaqa’ magħhom hu personalment waqt żjara fl-Isptar. Ftakar ukoll f’dawk li minħabba l-uġigħ ma jistgħux jorqdu. Fakkar f’dawk li ma hemmx mediċina li ssabbarhom.

Ma naqasx milli jsemmi dwar il-gwerer, mhux biss tal-Ukrajna, b’ħafna ma jistgħux jorqdu minħabba t-tvenvin tal-balal tal-missili. 

Il-Kardinal Grech qal li hemm oħrajn li ma jorqdux għax mgħobbijin b’responsabbiltà għax iridu jieħdu ċertu għażliet, ċertu deċiżjonijiet li mhux biss jaffettwaw lilhom personalment jew lill-familji tagħhom iżda lill-kotra. Kompla biex jfakkar lil dawk li minħabba r-raġuni jew dak li tgħidilhom ix-xjenza jitfixklu quddiem il-misteru ta’ Alla.

Il-Kardinal ma naqasx milli jirreferi għal skandli fil-Knisja u qal li wieħed mill-iżbalji ta’ dawk li jappartjenu fiha huwa meta ma jiġbdux ħabel wieħed mal-Papa Franġisku.

Sport