Thursday, December 26, 2024

F’xahar jitressqu l-Qorti 120 persuna fuq dokumenti foloz; Mad-90 minnhom b’sentenza ta’ priġunerija effettiva

Aqra wkoll

F’xahar, bejn it-2 ta’ Awwissu u l-5 ta’ Settembru, il-Pulizija ressqu l-Qortu 120 persuna fuq dokumenti foloz, b’madwar 90 minnhom jingħataw sentenza ta’ priġunerija effettiva. Is-sentenzi ta’ priġunerija mogħtija jvarjaw minn xahar sa sentejn.

Oħrajn ingħataw sentenza sospiża u oħrajn inħarġitilhom ordni biex jirritornaw lura pajjiżhom wara li nqabdu jaħdmu bla permess, jew bla flus biex imantnu lilhom infushom jew bil-viża skaduta.

Il-maġġoranza tal-persuni miżmuma mill-Pulizija huma mis-Sudan filwaqt li oħrajn ġejjin minn pajjiżi fl-Ażja jew mil-Lvant tal-Ewropa fosthom il-Maċedonja, is-Serbja, ir-Russja, mill-Bosnja-Ħerżegovina u l-Albanija, kif ukoll mill-Brażil. 

L-Assistent Kummisarju Neville Xuereb, li jmexxi t-Taqsima tal-Pulizija tal-Immigrazzjoni qal li “fenomenu ieħor li qed jiżdied huwa ta’ dawk l-immigranti li jistaħbew f’kontejners qabel ma’ dawn jitilgħu fuq bastiment, dawn li jissejħu ‘stowaways’. F’dan il-qasam, il-Pulizija taI-Immigrazzjoni taħdem flimkien ma’ Transport Malta u mal-Uffiċjali tas-sigurtà tal-Faċilità tal-Port, sabiex jinstabu u jittieħdu l-proċeduri fil-konfront tagħhom. Il-ksur tal-Liġi taI-Immigrazzjoni huwa kkunsidrat b’mod serju ħafna u fil-maġġoranza tal-każijiet il-pieni involuti jinvolvu termini konsiderevoli ta’ ħabs effettiv.”       

Ekonomija

Sport