Thursday, March 28, 2024

€160 miljun mogħtija bħala Suppliment tal-Paga lil 80,000 impjegat differenti

Aqra wkoll

Il-previżjonijiet ekonomiċi tal-Gvern jindikaw daqqa kbira fl-2020, segwiti minn sinjali pożittivi ta’ rkupru fis-sena ta’ wara

Minn Matthew Charles Zammit 

Sat-tmiem ta’ Lulju li għadda, mal-79,576 applikazzjoni għas-Suppliment tal-Paga ġew approvati mill-Gvern: Dan wassal biex iktar minn €160 miljun jingħataw b’mod dirett lil dawn il-ħaddiema, bħala għajnuna diretta mill-Gvern fid-dawl tal-pandemija tal-Covid-19.

Żvela dan il-Gvern fi ħdan id-Dokument ta’ qabel il-Baġit, li kien ippubblikat iktar kmieni dan il-ġimgħa. Is-suppliment tal-paga, li kienet imnedija mill-Gvern fl-24 ta’ Marzu bħala risposta diretta għall-kriżi ekonomika li kienet ikkawżata minħabba l-pandemija tal-Covid-19, wassal biex mal-4,244 intrapriża lokali, kif ukoll mal-11,448 negozju self-employed, ingħataw l-għajnuna neċessarja biex jibqgħu stabbli fl-eqqel tat-tnedija tal-miżuri tas-saħħa pubblika.

Minn dawn il-ħaddiema, 51,918 ħaddiema fuq bażi full-time u 8,747 ħaddiem każwali ibbenefikaw mill-iskema kompletamment, filwaqt li 17,620 ħaddiem fuq bażi full-time, kif ukoll 1,291 ħaddiem part-time applikaw għas-suppliment tal-paga parzjali.

L-istess statistika turi wkoll kif il-Gvern nefaq ukoll madwar €1.1 miljun fuq skemi relatati mal-Leave tal-Kwarantina, filwaqt li ntefqu mas-€600,000 biex jiġi ffaċilita it-teleworking għal numru ta’ ħaddiema differenti. 

Rigward il-miżuri soċjali li kienu elenkati wkoll fid-dawl tal-pandemija, il-Gvern saħaq li madwar 4,550 persuna talbu għall-benefiċċji tal-parentela, bi spiża ta’ €10.3 miljun. Il-benefiċċji ta’ persuni b’diżabbilita laħqu wkoll iss-omma ta’ €600,000, filwaqt li iktar minn €6 miljun intefqu fil-Benefiċċji Mediċi, kif ukoll f’Benefiċċju Oħra relatati mal-Qgħad.

Intant, l-istess rapport saħaq kif, filwaqt li qiegħed jissoponi li ser ikun hemm tnaqqis ta’ 3.3% fl-ammont ta’ impjiegi f’pajjiżna, dan in-numru mistenni jerġa jirpilja b’3.2% matul is-sena ta’ wara. Fuq in-naħa l-oħra tal-munita, filwaqt li r-rata ta’ qgħad mistennija tiżdied minn 3.4% għal 5.9% sat-tmiem ta’ din is-sena, filwaqt li din ir-rata mistennija terġa tinżel għal 3.7% fis-sena 2021.

L-istess ritmu ta’ żieda u tnaqqis kein indikat ukoll fl-istimi ekonomiċi relatati mal-Prodott Domestiku Gross: Filwaqt li fl-2019 kien hemm żieda ta’ 4.4% f’Malta, il-pandemija tal-Covid-19 wasslet biex dan jonqos b’5.8% sat-tmiem ta’ din is-sena. Intant, fis-sena 2021, il-PDG ta’ Malta mistenni jerġa jirpilja u jilħaq is-6%.

Dan, skont l-istess dokument, jindika kif il-Kummissjoni Ewropeja qegħda tistenna li pajjiżna jirreġistra l-iżgħartnaqqis ekonomiku fiż-żona Ewro, filwaqt li mistenni jgħaddi minn tkabbir ekonomiku medja ikbaar minn dak tal-Unjoni Ewropeja u taż-Zona Ewro fl-2021.

Fuq il-bilanċ finanzjarju tal-Gvern ċentrali, il-Pre-Budget Document saħaq kif dan mistenni jinżel minn surplus ta’ 0.2% tal-Prodott Gross Domestiku, għal defiċit ta’ 8.4% fis-sena 2020, liem defiċit imbagħad mistenni jonqis bin-nofs għal 4% fis-sena 2021. Dan ser iwssal biex ikun hemm żieda fid-dejn tal-Gvern li madanakollu mistenni jibqa taħt is-60%.

Filwaqt li kien qiegħed jindirizza l-alqgħa tal-MCESD iktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna tenna li it-tragward ta’ 60% huwa importanti li jibqa jinżamm minn dan il-pajjiż. “Nistgħu inħarsu lejn is-sitwazzjoni ekonomika ta’ pajjiżi oħra, u kif ukoll dik ta’ pajjiżna f’snin preċedenti.”

“Jekk nilħqu dan il-livell ta’ 60%, il-prijoritajiet tal-Gvern ikollhom jinbidlu b’tali mod fejn iż-żieda fit-taxxi ma tistax tibqa tiġi eskluża, għaliex il-prijorita tinqaleb minn waħda li tassigura t-tkabbir eknomiku ta’ pajjiżna, għall-bżonn li pajjiżna jiġġieled bis-saħħa li jħallas lura d-dejn u l-interessi, biex jegħel iċ-ċirku vizzjuż li inkella jaqa fih.”

Ekonomija

Sport