FʼĠunju 2026, żaru Malta 458,223 turisti

Aqra wkoll

Matul ix-xahar taʼ Ġunju ta’ din is-sena żaru Malta 458,223 turisti li 427,333 turist minnhom ġew għal btala filwaqt li 22,148 oħra ġew Malta għal raġunijiet taʼ xogħol. L-akbar għadd taʼ turisti kellhom bejn il-25 u l-44 sena, warajhom kien hemm dawk fl-età taʼ bejn il-45 u l-64 sena. Residenti mir-Renju Unit, l-Italja u l-Polonja flimkien ammontaw għal 45.6 fil-mija tat-turisti li waslu Malta fil-perijodu msemmi. 

In-nefqa tat-turisti laħqet l-€456.0 miljun, żieda taʼ 15.2 fil-mija fuq l-istess xahar sena qabel. L-infiq medju kien stmat li jammonta għal €176.8 kull lejl. It-turisti li żaru Għawdex u Kemmuna, kemm dawk li qagħdu għal ġurnata kif ukoll dawk li qagħdu hemm, ammontaw għal 277,985, jew 60.7 fil-mija tat-turisti kollha.Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena waslu Malta 2,131,825 turist, żieda taʼ 18.1 fil-mija fuq l-istess żmien tal-2025.

In-numru tal-iljieli mqattgħin telaʼ bi 10.1 fil-mija u bʼhekk laħaq il-11.8-il miljun lejl.L-infiq sħiħ mit-turisti kien stmat li laħaq l-€1,795.6 miljun, 14.8 fil-mija ogħla minn dak li kien irreġistrat fl-istess żmien tal-2025.

L-infiq kollu ras għal ras iżda naqas għal €842 minn €866 li kien stmat fl-2025.It-turisti li żaru Għawdex u Kemmuna, kemm dawk li qagħdu għal ġurnata kif ukoll dawk li damu hemm aktar, ammontaw għal 1,123,572, jew 52.7 fil-mija tat-turisti kollha li ġew.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport