Hekk kif kollox kien jidher li Napoli kienu se jakkwistaw is-servizzi ta’ Gabri Veiga, pront daħlu AL Ahly mill-Arabja Sawdija li jidhru saħansitra favoriti li jiksbu l-firma tiegħu.
Fil-fatt, rappreżentant Sawdi mar fi Spanja, eżattament fil-belt ta’ Vigo sabiex jinnegozja mad-diriġenti tal-klabb u b’hekk jidher li l-Partenopei se jkollhom idendlu l-geddum minħabba l-offerta ġeneruża li qed joffru Al Ahly lil dan il-plejer ta’ nofs il-grawnd.