Monday, May 13, 2024

Duvan Zapata mhux se jingħaqad ma’ Roma

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Atalanta Gian Piero Gasperini m’approvax li l-attakkant Kolombjan Duvan Zapata jiġi trasferit ma’ Roma. Wara li El Bilal Toure weġġa’ fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat, il-kowċ veteran kellem lid-diriġenti tiegħu fejn qalilhom li ma jkunx għaqli li jneħħu lil Zapata.

Sadanittant Roma issa tefgħu ħarsithom fuq Romelu Lukaku li għadu proprjeta’ ta’ Chelsea iżda li qed ifittex klabb fejn imur. It-tim mill-belt kapitali Taljana jista’ jkun ideali għalih f’dawn iċ-ċirkostanzi.

Sport